Tliet darbiet fis-sena - f’April, f’Awwissu u f’Diċembru - l-Uffiċċju jippubblika newsletter bl-Ingliż. Kull ħarġa tinkludi introduzzjoni mill-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, sommarji tal-każijiet li jkunu deċiżi, u l-aħħar aħbarijiet dwar l-uffiċċju tagħna.
Sfajt vittma ta' xi scam?
Nindirizzaw l-iscams 'Pig Butchering' u ntejbu l-prattiċi tal-industrija
Nota Teknika maħruġa mill-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji
L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (OAFS) joffri mekkaniżmu indipendenti, awtonomu u mingħajr ħlas biex ikunu jistgħu jissolvew, barra mill-qrati, kwistjonijiet ta’ bejn klijenti u fornituri tas-servizzi finanzjarji awtorizzati mir-regolatur Malti tas-servizzi finanzjarji.
Qegħdin hawn biex ngħinuk tindirizza l-kwistjoni tiegħek bl-aħjar mod.
Jekk tixtieq issir tafna aħjar, idħol fit-taqsima DWARNA.
Tista’ tikkuntattjana informalment fuq il-każ tiegħek minn hawn.
Jekk ma tistax issib li tixtieq jew trid tistaqsina xi ħaġa, ibagħtilna mistoqsija hawn.
Kif tagħmel ilment fi 3 passi
L-1 Pass
L-ewwel ibgħat l-ilment lill-provditur tiegħek
It-2 Pass
Jekk it-tweġiba tal-provditur ma tkunx sodisfaċenti
It-3 Pass
Ibgħat ilment lilna
jew
Mistoqsijiet u Każijiet Żgħar
B’dan is-servizz ngħinuk issolvi każijiet żgħar u nweġbuk informalment. Staqsina fuq il-każ tiegħek. Lesti niggwidawk biex tindirizza l-kwistjoni tiegħek bl-aħjar mod.
Deċiżjonijiet
Ara d-Deċiżjonijiet tal-Arbitru, bis-sena, ħalli tkun taf x’ħareġ mill-investigazzjonijiet u x’kienu l-konklużjonijiet.
Ara d-Deċiżjonijiet tal-Arbitru
Ilmenti Lil Hinn minn Malta
Agħmel ilment lil xi provditur tas-servizzi finanzjarji li qiegħed f’pajjiż ieħor tal-UE/ŻEE.