Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibbiltà

Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibbiltà għas-sit elettroniku tal-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (ASF)

 

Din l-istqarrija tapplika għas-sit elettroniku uffiċċjali tal-ASF www.financialarbiter.org.mt u www.arbitrufinanzjarju.org.mt

Dawn iż-żewġ ħoloq jieħdu lill-utenti għall-istess sit elettroniku, fejn, b’mod awtomatiku tigi l-verżjoni bil-lingwa Ingliża.  L-utent jista’ imbgħad jibdel bejn il-verzjoni tas-sit elettroniku bl-Ingliż u dik bil-Malti billi jagħżel il-lingwa fis-sezzjoni ta’ fuq tal-istess sit.  

L-ASF huwa marbut li jiżgura aċċessibbiltà diġitali għal persuni bi bżonnijiet speċjali.  Aħna qegħdin kontinwament insaħħu l-esperjenza tal-utent għal kulħadd, filwaqt li napplikaw l-istandards ta’ aċċessibbiltà relevanti.

 

Miżuri sabiex niffaċilitaw l-aċċessibbiltà

Sabiex jiżgura l-aċċessibbiltà tas-sit elettroniku tieghu, fl-organizzazzjoni, l-ASF jieħu dawn il-miżuri li ġejjin:

  • Jinkludi l-aċċessibbiltà fil-policies interni tiegħu.
  • Għandu uffiċċjal responsabbli mill-aċċessibbiltà.
  • Jassenja miri u responsabiltajiet ċari ta’ aċċessibbiltà.
  • Jimpjega metodi formali ta’ assigurazzjoni ta’ aċċessibbiltà.

 

Status ta’ konformità

Il-Web Content Accessibility Guidelines (WCAG) huma linji gwida li jiddefinixxu r-rekwiżiti għal diżinjaturi ta’ siti elettroniċi sabiex dawn isaħħu l-aċċessibbiltà għal persuni bi bżonnijiet speċjali.  Dawn jiddefinixxu tlitt livelli ta’ konformitá: Livell A, Livell AA, u Livell AAA.  Is-sit elettroniku tal-ASF huwa parzjalment konformi mad-WCAG 2.1 Livell AA li jingħaqad mal-Istandard EN 301 549 skond id-Direttiva Ewropeja dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi.  Li tkun parzjalment konformi jfisser li partijiet tal-kontenut tas-sit elettroniku mhux neċessarjament huma f’konformitá totali mal-istandard ta’ aċċessibbiltà.

 

Kompatibilitá ma’ browsers u teknoloġija assistiva

Is-sit elettroniku tal-ASF huwa mfassal b’mod li jkun kompatibbli ma’ għażla vasta ta’ web browsers standard u aġġornati, bħal pereżempju dawk ibbażati fuq Chromium u teknoloġija open-source (eżempju Microsoft Edge, Google Chrome, Brave u Firefox).  L-istess sit ġie ukoll disinjat li jaħdem fuq firxa ta’ pjattaformi u apparat elettroniku popolari.  

L-utenti huma mħeġġa sabiex jaġġornaw il-browser preferut tagħhom għall-aqwa funzjonalità tas-sit elettroniku.  

 

Speċifikazzjonijiet tekniċi u miżuri ta’ aċċessibbiltà użati

L-aċċessibbiltà tas-sit elettroniku tal-ASF tistrieħ fuq teknoloġiji HTML sabiex taħdem mad-diversi web browsers u teknoloġiji assistivi oħrajn, jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek.  

Din it-teknoloġija hija ta’ min jistrieħ fuqha għal konformità tal-istandards ta’ aċċessibbiltà użati.  

Is-sit elettroniku tal-ASF jimplimenta dawn il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà:

  • Iżomm ġerarkija ta’ HTML Heading  u t-tqassim tal-informazzjoni, li tkun konsistenti tul id-diversi web pages.
  • Iżid image title, alt tag, u caption, fejn din l-informazzjoni tkun relevanti u utli.
  • Jimmassimizza l-kuntrast tal-kulur tal-kitba fejn dan huwa applikabbli.
  • Il-kitba tal-ħolqa tkun deskrittiva biżżejjed sabiex tindika lill-utent fejn din l-istess ħolqa tista’ twasslu.
  • Jimplimenta ħoloq esterni b’tali mod li dawn jiġu miftuħa fi browser tabs ġodda.
  • Jimplimenta l-captioning f’kemm jista’ ikun kontenut multimedjali possibbli.

 

Rispons

Flimkien mal-imsieħba tagħna fl-IT, aħna naħdmu sabiex niżguraw li s-sit elettroniku tagħna huwa faċilment aċċessibbli għall-utenti tiegħu kollha bl-inqas tfixkil tekniku.  Ir-rispons tiegħek fir-rigward tal-aċċessibbiltà għal dan l-istess sit huwa għalhekk importanti għalina.

F’każ li tiltaqa’ ma’ xi ostakli ta’ aċċessibbiltà meta żżur is-sit elettroniku tagħna, jekk jogħgbok ikkuntatjana fuq li ġej:

  • Linja fissa: +356 21249245
  • WhatsApp: +356 79219961
  • Ittra elettronika: complaint.info@financialarbiter.org.mt
  • Indirizz postali: L-Ewwel Sular, Pjazza San Kalċidonju, il-Furjana, FRN 1530 Malta
  • Formola elettronika: https://arbitrufinanzjarju.org.mt/oafs/enquiry

Aħna nagħmlu l-almu tagħna sabiex nirrispondu għar-rispons tiegħek fi żmien jumejn ta’ xoghol, għalkemm ċertu  kwistjonijiet jafu jieħdu iktar żmien sabiex jiġu riżolti, speċjalment jekk ikun hemm fornituri terzi li huma involuti.  

 

Limitazzjonijiet u alternattivi

Dawn il-limitazzjonijiet li ġejjin huma preżentament innutati:

  • Ċertu hyperlinks fuq is-sit elettroniku jistgħu jiġu biss identifikati permezz tal-kulur.
  • Ċertu dokumenti PDF jista’ ma jkollhomx l-ifformattjar xieraq għall-użu permezz ta’ teknoloġiji assistivi.

L-ASF implimenta programm ta’ avvanz kontinwu sabiex jindirizza dawn ta’ hawn fuq.  Però, minkejja l-almu tagħna sabiex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit elettroniku, jista’ ikun hemm xi limitazzjonijiet oħrajn, jew li huma pjanati li jkunu dalwaqt aċċessibbli, jew anke li stajna ma ndunajniex bihom.  Għaldaqstant, f’każ li tinnota xi limitazzjonijiet fuq is-sit elettroniku tagħna, nitolbuk sabiex tagħmel kuntatt magħna fuq id-dettalji moghtija aktar kmieni.  

 

Ilmenti formali

Ahna nagħmlu l-almu tagħna li nirrispondu għar-rispons dwar l-aċċessibbiltà fi żmien jumejn ta’ xogħol, u li nipproponu soluzzjoni fi żmien għaxart’ijiem ta’ xogħol.

F’każ li m’intix kuntent bir-rispons tagħna jew bil-mod kif aħna indirizzajna il-mistoqsijiet tiegħek, inti tista’ tressaq l-ilment tiegħek lill-Awtoritá ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA).

L-MCA hija l-entitá responsabbli li timplimenta  id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku.  Tista’ tikkuntatja lill-MCA fuq +356 21336840 jew billi timla l-formola tal-ilment online fuq https://mca.org.mt/consumer/forms/complaints.  

 

Approvazzjoni formali ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà

Din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà ġiet approvata minn Geoffrey Bezzina, Chairperson tal-Bord tal-Immaniġġjar u l-Amministrazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji.

 

Verżjonijiet li saru għal din id-dikjrazzjoni

Verżjoni

Data

Azzjoni

1.0

21 ta’ April 2022

Approvat u mtella’ fuq is-sit elettroniku